KUMMISSJONI FESTA ESTERNA 16 TA' LULJU FGURA A.D.1993

14, Mahzen ta' l-Armar Festa Madonna tal-Karmnu, Triq il-Karmelitani Fgura

L-Innu popolari lill-Madonna tal-Karmnu Fgura

Insellmulek Omm hanina

Bl-isbah ghanja ta` kull zmien

Int jixraqlek kull fohrija

Ismek jidwi kullimkien.

 

Illum gejna hawn quddiemek

Imhabbitna lkoll nuruk

Ifrex fuqna l-mant tieghek

Minn qiegh qalbna nitolbuk.

 

Tghaxxaq bina, Omm tal-Karmnu

B`dan il-labtu imzejnin

Aghmel minna poplu qawwi

Quddiem Alla u l-bnedmin.

 

Ejjew, Poplu tal-Fgura

ninxtehtu bla dewmien

quddiemek, O Patruna

biex niksbu l-harsien.

 

Ghalkemm zghar quddiem id-dinja

Inhossuna wisq kburin

Ghaliex tajtna d-dehen u s-sahha

U mexxejja ferm ghaqlin.

 

Qed naraw il-holma taghna

Issir minna ta` kuljum

Minn daqxejn ta` rahal ckejken

Illum post modern, meqjum.

 

O Madonna tal-Karmelu

Thalliniex li noffenduk

Saltan int dejjem fi qlubna

U ghallimna inhobbuk.

 

Ejjew, Poplu tal-Fgura

ninxtehtu bla dewmien

quddiemek, O Patruna

biex niksbu l-harsien.

 

Kliem: A. Grech

Muzika: P. Mario Enriquez O. Carm.

Kurunella tal-Madonna tal-Karmnu

KURUNELLA - 1

Fjur tal-Karmnu, gran Reġina,
Omm ta' Kristu wisq ħanin,
Itlob dejjem Int għalina
Li ninsabu midinbin.

        Missierna, Sliema u Glorja.

B'Labtu tiegħek Int libbistna
Bħala uliedek maħbubin:
Agħmel magħna dak li wegħedtna
Meta tajtu lill-bnedmin.

        Missierna, Sliema u Glorja.

Ftakar x'għidt lil Xmuni tiegħek
Meta tajtu dar-rigal,
Mela Commna dejjem miegħek
Mirfudin b'dan is-sinjal.

        Missierna, Sliema u Glorja.

Kollox tajtna kull ma rridu
B'Labtu tiegħek tant sabiħ:
Tina ngawdu l-frott ta' ġidu
Biex nifirħu dejjem bih.

        Missierna, Sliema u Glorja.

Kemm ħabbejtna o Sultana
Meta tajtna dan l-ilbies:
Fittex biħ inti salvana
Bħal uliedek il-għeħieħ.

        Missierna, Sliema u Glorja.

Mit-tiġrif inti eħlisna
F'dan il-Labtu kif wegħidt;
Mill-infern ukoll ħarisna
U fil-ġenna ħudna dritt.

        Missierna, Sliema u Glorja.

Isma' lilna Omm ħanina
Bħala wliedek imlibbsin:
Ifraħ inti dejjem bina
Biex insiru qaddisin.

        Missierna, Sliema u Glorja.

Fjur tal-Karmnu

KURUNELLA - 2

Fjur tal-Karmnu, hena tagħna,
Ġmiel tas-Sema, Ġieħ ta' l-art,
O Marija, ieqaf magħna,
Li b'uliedek għoġbok ħtart.

O tal-Karmnu Omm ħanina,
Kull min talbek dejjem thenna;
Għax Int dejjem taħseb fina,
Lilna miegħek talla' l-Ġenna.

Bħala sħaba lil Elija
Sa minn kmieni għoġbok dhert;
Int bil-ħniena wisq mogħnija,
Kif f'did-dehra mort fissirt.

B'Labtu tiegħek Int libbistna,
Bħala uliedek maħbubin;
Agħmel magħna dak li wegħ'dtna,
Għaliex minnek magħżulin.

Ftakar dejjem fl-Ordni tiegħek,
Li ridt tagħni b'dar-rigal;
Bħal Tereża zommna miegħek
Haġa waħda b'das-sinjal.

Din il-Libsa tiswa b'tarka
Li toħroġna rebbiħin;
Itfa' fuqha fis kull barka,
Biex insiru qaddisin.

Mit-tiġrib kollu eħlisna
B'dan il-Labtu hekk sabiħ,
Mill-infern ukoll ħarisna,
Biex fis-Sema nagħtuk ġieh.

Lilek kollna kkonsagrati,
Aħna 'l Ibnek mogħtijin;
L'aħħar grazzja lilna agħti,
Li hekk nibqgħu magħqudin.

        Sliem għalik Sultana ......

Merħba

Attivitajiet

No upcoming events

Ritratti Godda

 

Filmati Ricenti

Irregistra u tkun membru

emmanuel_leli@yahoo.co.ukKummissjoni Festa Esterna Fgura 

Ivvotta

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu 2010

Il-Hin fil-Fgura