Fil-Jiem tal-festa titulari tal-parroċċa tagħna il-Kummissjoni tieħu ħsieb tixgħel diversi toroq madwar il-Fgura. Bla dubju il-Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll tarma toroq bil-pavaljuni, bandalori, bnadar, liedna, kollonni u statwi.
Fost dawn it-toroq bil-pavaljuni nistgħu nsemmu
Il-Pjazzez u toroq li jiġu mżejna bil-bandalori huma
Mal-ġenb tal-bieb tal-knisja jintramaw żewġ statwi kompluti bil-kolonna, waħda tirrapreżenta lil San Gwakkin u l-oħra lil Sant’Anna. Mal-ġnub tal-grada tal-knisja jintramaw żewġ anġli bil-pilandri. Fit-Triq prinċipali tal-knisja jintramaw sett ta’ tmien trofej kompluti bil-bandalori bil-pitturi ta’ qaddisin Karmelitani. Faċċatta tal- knisja wieħed isib kolonna artistika bl-istatwa ta’ San Elija Profeta.Fir-roundabout kif taqbad Triq Hompesh tintrama kolonna bl-istatwa ta’ Malta Rebbieħa. Filwaqt li fejn il-monument tas-salib tintrama kolonna bl-istatwa tal- Madonna tal-Karmnu kompluta b’ erba’ pilandri. Din l-istatwa titla fil-marċ tal- Ġimgħa filgħaxija fost ċapċip u briju miż-żgħażagħ. Kollonni ohra godda nsibu dawk tal-qaddisin Karmelitani armati fi Pjazza Kunsill ta l-Ewropa.
Il- Kummissjoni tieħu ħsieb ukoll tarma l-faċċata tal-Knisja l-Qadima li tinsab fi Triq il-Karmelitani. Mal-ġnub tagħha jintramaw erbgħa arbli bil-bandalori.
Statwi u Kollonni:
Armar iehor:
Triq Kampanella
Triq Gorg Stevens
Triq San Tumas
Triq Velleran
Triq Martin Luter King
Triq Sant Antnin
Triq Mater Boni Consiglii
Triq San Xmun
Triq San Gwann
Triq Wistin Levansin
Triq Kent
Vjal Kottoner
Triq il-Kitba
Triq Liedna
Triq Kampanella naha t'isfel
Zuntier
Triq Hompesh
Bandalora l-Kbira
Triq Zabbar
Triq Mater Boni Consiglii
Bandalori tal-Pont
Kollonni godda qaddisin Karmelitani (2008)
Malta Rebbieha (1970)
San Elija (1993)
Sett ta' 8 Trofej
San Gwakkin
Sant Anna
Kollonna tal-Madonna tal-Karmnu tat-tfal (2000)
Angli kompluti bil-kollonna
Fl-1 ta` Frar 1965 il-Fgura saret parrocca. Ghaldaqstant il-festa setghet tigi iccelebrata bis-solennita kollha.

Festa 1986

Festa 1988

Festa 2003
N.B. Diversi toroq imsemmija qabel 1993 mhux bilfors huma responsabli ghal l-armar taghhom il- Kummissjoni Festa Esterna dan minhabba li diversi toroq kienu responsabbli ghalihom ir-residenti.