KUMMISSJONI FESTA ESTERNA 16 TA' LULJU FGURA A.D.1993

14, Mahzen ta' l-Armar Festa Madonna tal-Karmnu, Triq il-Karmelitani Fgura

Blog

Programm festi ta barra 2009

fgurakfe Posted by fgurakfe at 11:16 AM on June 30, 2009

Il-Gimgha, 26 ta’ Gunju

7.30 p.m. LejlaMaltija imtella’ mill-Kummissjoni Zghazagh, quddiem il-kazin tal-Banda.Ikun hemm spettaklu ta’ kant, muzika, zfin, loghob, rigali, ikel uxorb. Mistiedna Specjali: Renato u Zoo


Il-Gimgha, 3 ta’ Lulju

8.30 p.m. Barbeque kbir fuq il-bejt tal-kazin organizzat mill-Kummissjoni Zghazagh.


Is-Sibt, 4 ta’ Lulju

Fgura Fest 2009 fuq iz-zuntier tal-Knisja imtella’ mill-Kummissjoni Festa Esterna Fgura fis-7.30 p.m.


Il-Hadd, 5 ta’ Lulju

8:45 a.m.L-Ghaqda Muzikali u Socjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura u l-GhaqdaKarmelitana Banda Queen Victoria taz-Zurrieq jinghaqdu f’mass band  ujakkumpanjaw lill-kappillan il-gdid mill-kunvent tal-Karmelitanisal-Museum tas-subien fi Triq il-Karmelitani.

9:00 a.m.  Fil-Museum tas-subien celebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla flimkien mal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u l-membri tal-Museum.

9:15 a.m.L-Ghaqda Muzikali u Socjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura u l-GhaqdaKarmelitana Banda Queen Victoria taz-Zurrieq iwasslu lill-kappillanil-gdid ir-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm S.Th.L mill-Museumtas-subien ghal Triq il-Karmelitani, Triq Hompesch, Triq San Tumas,Triq Mater Boni Consigli, Triq il-Kitba, Triq il-Karmnu u Triq Hompeschsal-knisja parrokkjali.

Merhba lill-Arcisqof fuqiz-zuntier bid-daqq ta’ l-Innu Pontifice mill-Ghaqda Muzikali u SocjaliMadonna tal-Karmnu tal-Fgura u l-Banda Queen Victoria taz-Zurrieq taht id-direzzjoni tas-Surmast Chev. Vincent Bonnici K.T.L.

10:15 a.m. Koncelebrazzjoni solenni mmexxija mill-E.T. Rev.ma Mons. Pawl Cremona O.P Arcisqof ta’ Maltali fiha jaghti l-gurament u l-pussess tal-parrocca lill-kappillanil-gdid. Jiehdu sehem it-tliet korijiet tal-parrocca. Wara kulhadd huwamistieden biex inkomplu naqsmu l-ferh taghna fis-Sala San Gorg Preca.

6:30 p.m.Quddiesa animata mill-Ghaqda Muzikali u Socjali Madonna tal-Karmnufl-okkazjoni tal-festa mir-Rev. P. Renald J.M. Lofreda O.Carm S.Th. LKappillan u Direttur Spiritwali ta’ l-istess Ghaqda.


It-Tnejn, 6 ta’ Lulju

5.45 p.m. Minnquddiem il-MUSEUM tas-subien, fi Triq il-Karmelitani, it-tfaltal-parrocca jaghmlu mixja ferrieha bl-istatwa zghira tal-Madonnatal-Karmnu li tkompli f’ dawn it-toroq: Karmelitani u Hompeschsaz-zuntier tal-Knisja.  It-tfal li jiehdu sehem jinghataw tifkira ta’l-okkazjoni.

7.15 p.m. Il-banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tilqa’ l-hrug ta’ l-istatwa titulari minn nicca, fejn issellem lill-Madonna bid-daqq ta’ l-innijiet u marci fuq iz-zuntier tal-knisja,. 

8.30 p.m. Blue Rally ghaz-zghazagh gewwa l-kazin. Dhul b’xejn.


It-Tlieta 7 ta’ Lulju

8.30 p.m. Il-BandaSant’ Antnin ta’ B’Kara tibda marc minn Triq Pluviera u tkompli f’dawnit-toroq: Mater Boni Consigli, San Mikiel, Kent, 26 ta’ Marzu, Koppla,San Tumas, Merhba, Velleran, Kuluvert, San Xmun, Merhba, Sur,Teknologija Moderna, Redent Gauci, Kent, San Tumas u Hompesch. Mallil-marc jasal quddiem il-Knisja titella l-istatwa ta’ San Elija fuqil-kolonna u wara l-marc ikompli sal-kazin.


L-Erbgha 8 ta’ Lulju

8.30 p.m. Il-BandaSpinola ta’ San Giljan tibda marc minn Triq Giacomo Matteotti u tkomplif’dawn it-toroq: Mahatma Gandhi, Summiena, Merhba, Grawwa, Sant’ Elija,L. Scikluna, Sant’ Antnin, Titu Brandsma, Karmnu, Buqexrem, Sur,Kottoner, B. Lanci, R. Carapecchia, Mondion, Gallu, Misk, San Gwann uHompesch sal-Kazin.


Il-Hamis 9 ta’ Lulju

8.30 p.m. Il-Banda‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marc minn quddiem il-kazintal-Banda u tkompli f’dawn it-toroq: Hompesch, Sur, Valperga, GorgStevens, Kampanella, San Tumas u  Hompesch sal-Kazin fejn tigiinawgurata l-kannizzta l-gdida u tittella l-istatwa ta’ l-Anglu fuqil-kolonna quddiem il-kazin. Wara ikun hemm il-loghob tan-nar ta’ l-artquddiem il-kazin.


Il-Gimgha 10 ta’ Lulju

8.30 p.m. Il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marc minnquddiem il-Knisja, u tkompli f’dawn it-toroq: Hompesch, Karmelitani,Kampanella, Sur, Blondell, Bormla, W. Levanzin, Gallu, Hompesch, Sant’Antnin, Klerku, Karmnu, Kitba, Sur, Hompesch sal-kolonna fejn il-Bandassellem lill-Madonna waqt it-tlugh taghha fuq il-kolonna bl-InnuPopolari. Wara ikun hemm il-loghob tan-nar ta’ l-art quddiem il-kazin.


Is-Sibt 11 ta’ Lulju  – Lejlet il-Festa

 9.00 p.m. Il-Banda‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tesegwixxi Programm Muzikali quddiemil-kazin tal-banda fi Triq Hompesch.  Il-banda tkun taht id-direzzjonitas-Surmast Chev. Vincent Bonnici K.T.L.              

10.00 p.m.  Loghob tan-nar ta’ l-ajru segwit bil-hruq ta’ kaxxa nfernali.

10.45 p.m. Il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marc minn hdejn il-Kazin sa Pjazza Kunsill ta’ l-Ewropa.

11.20 p.m.  Hruq tan-nar ta’ l-art fi Pjazza Kunsill ta’ l-Ewropa.


Il-Hadd 12 ta’ Lulju – Jum il-Festa

10.30 a.m. Il-Banda‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marc minn hdejn il-kazin u tkomplif’dawn it-toroq: Hompesch, Karmelitani, Liedna, Rihan, Kampanella,Qronfla, Censu Busuttil, Ward tax-Xemx, Kampanella, Geranju, Valperga,San Tumas u Hompesch sal-Kazin.

7.00 p.m. Is-Socjeta’ Filarmonika Santa Marija tal-Mosta ddoqq marci fi PjazzaKunsill ta’ l-Ewropa.  Wara tilqa’ l-hrug tal-purcissjoni u ssellemlill-Madonna. Wara l-hrug tal-purcissjoni, il-banda tkompli bil-marcitul Triq Hompesch. Fid-8.45pm il-banda tibda marc minnquddiem il-kazin tal-banda sar-roundabout ta’ Triq Hompesch u tkomplisa pjazza Kunsill ta’ l-Ewropa fejn taghti tislima lill-istatwatitulari.

 7.30 p.m.  Il-Banda Imperial tal-Mellieha takkumpanja l-purcissjoni minn Triq Hompesch kantuniera ma’ Triq il-Karmelitani, bid-daqq ta’ Innijiet Marjani u marci, sad-dhul tal-Madonna fil-Knisja.

Waqt il-purcissjoni jsir hruq ta’ salut, diversi kaxxi nfernali u nar iehor.

10.30 p.m. Wara li tinghata l-barka, il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda l-marc ta’ l-ahhar minn Triq Hompesch hdejn l-ghassa u tkompli sal-Kazin fejn titnizzel l-istatwa ta’ l-Anglu minn fuq il-kolonna.


It-Tnejn, 13 ta’ Lulju

Xalata tal-Festa.Ikla bejn l-istess membri u helpers kollha tal-festa. Nappellaw biex min jista jaghtina daqqa t- id biex nitwu id-drapp. 


Is-Sibt, 18 ta’ Lulju

6.30 p.m. Quddiesata’ ringrazzjament, bis-sehem ta’ l-Ghaqda Muzikali u Socjali Madonnatal-Karmnu u tal-Kummissjoni Festa Esterna, fil-Knisja Parrokjalital-Fgura mill-W.R. Patri Renald J.M. Lofreda O. Carm, Kappillan uProkuratur tal-Festa. Wara jsir id-dhul ta’ l-istatwa titulari lurafin-nicca.


Categories: None

Merħba

Attivitajiet

No upcoming events

Ritratti Godda

 

Filmati Ricenti

Irregistra u tkun membru

Kummissjoni Festa Esterna FguraDeborah 

Ivvotta

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu 2010

Il-Hin fil-Fgura